Ritratti: Bella x’se jiġrilha?

Sorelle

Sorelle jkompli matul din il-ġimgħa b’ħames puntati ġodda oħra li jixxandru fl-3.40pm fuq TVM. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata:

It-Tnejn 11 ta’ Jannar

Kif qed tħossha Bella? Janice x’qaltilha u Lorraine dwar xiex serrħitilha moħħha? Michael u Martina marru l-kunvent biex jippruvaw ikellmu lil Suor Augusta iżda minflok marret il-Madre tkellimhom… x’intqal? Martina x’ġaralha Martina? Samantha ħarġet biex tmur il-ħanut tixtri l-ħalib… x’ġara?

Sorelle 67

It-Tlieta 12 ta’ Jannar

Għaliex Lorraine taħseb li Bella għandha xi raġuni oħra f’moħħa għall-aġir tagħha? Kif inhi saħħet Leo? X’qal dwar it-tifla ta’ Brian? Bella ċemplet lil Janice… x’qaltilha? Għaliex ċemplet lil Frederick ukoll… x’riedet tgħidlu? Steve x’qalilha lill-maġġur Naomi Bonaci?

Sorelle

L-Erbgħa 13 ta’ Jannar

Naomi rat lil Alex fil-karozza… għaliex kienet irrabjata ħafna għalih? Vince qed iħossu ffrustrat għaliex il-korp għadu ma rnexxhielux jaqbad il-ħabsin maħrubin… x’se jagħmel?… x’qaltlu Naomi dwar dak li kien ġara? Samantha ħarġet bl-idea kif setgħu jerġgħu jaqbdu lil Sully… x’qalet Lorraine?… taqbel magħha? Min ċempel lil Lorraine? Għaliex Angela u Naomi ltaqgħu ma’ Karly?

Sorelle

Il-Ħamis 14 ta’ Jannar

Karly rrakkontat dak li kienet għaddejja minnu… x’qalulha Naomi u Angela u għaliex mhumiex konvinti? Roy iltaqgħu ma’ Lorraine wara żmien twil… x’qalilha dwar id-djamanti? Għaliex Lorraine nnegat dak li qalilha? Fejn kien ħbiehom qabel ma kien telaq mid-dar?

Sorelle

Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar

Lorraine x’kienet għamlet biha l-libsa tat-tieġ? Kf baqgħet ma’ Roy? Karly baqgħet tinsisti li ma kellha lil ħadd aktar ħlief in-namrat tagħha… x’kien ġaralhom l-erba’ tfaliet l-oħra ħbieb tagħha? Tgħid jemmnuha din id-darba Naomi u Angela? U Lorraine għaliex qed tirringrazzja lil Leo?

Sorelle

Sorelle, b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, għandha produzzjoni ta’ Rewind u tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Issir repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am.

Is-Sibt, imbagħad, jixxandru l-episodju kollha ta’ matul il-ġimgħa mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.