Ritratti: Bella lil min se tikteb ittra twila?

Sorelle 61

Mil-lum it-Tnejn tasal lura fuq TVM is-sensiela Sorelle li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata.

It-Tnejn 4 ta’ Jannar

Vince qal lil Naomi li l-aġir tagħha kien tassew wieħed ħażin… kif se tirreaġixxi u x’għamlet? Janice u Matthew ltaqgħu… xi xtaq ikun jaf Matthew dwar il-ħajja ta’ Janice u hi se tafdah jew le? Martina tinsab marida ħafna… x’qalilha Michael u għaliex qed jagħmillha kuraġġ?

Sorelle 65

It-Tlieta 5 ta’ Jannar

Janice kellmet lil Matthew dwar il-ġenituri tagħha… x’parir taha? … u se tagħmel dak li kien jagħmel hu biex iħossu sew? Bella ċemplet lil Angela u fetħet qalbha magħha dwar il-passat tagħha. X’talbita biex tagħmel jekk kellha tiġi nieqsa hi? Steve ċempel lil Leo… x’inhu jiġri? Fejn marret Bella… ma’ min iltaqgħet?

L-Erbgħa 6 ta’ Jannar

Michael wera x-xewqa tiegħu għall-bżonnijet kollha li kellha Martina biex tħossha sew. Għaliex Martina waqqfietu? Bella ġedded il-memorja ta’ meta kienet semgħet lil Leo jordna biex ikeċċi mara ‘l bogħod minn Malta… għal min kien qed jirreferi? Fejn jinsab Leo?… min mar ifittxu? Jodi u Lorraine tkellmu dwar Bella… għaliex Lorraine qed tħossha bil-ħtija? X’ġara xħin Martina neħħiet il-parrokka?

Sorelle 64

Il-Ħamis 7 ta’ Jannar

Bella telqet tiġri ‘l barra mid-dar ta’ Michael… għaliex u x’qalilha Michael qabel ma telqet? Ipprova jikkonsla lil Martina… x’qalilha? Naomi qalet lil Angela li kienet sospiża mix-xogħol… x’reazzjoni kellha għal din l-aħbar? Bella kitbet ittra twila… għaliex u lil min indirizzatha?

Sorelle 63

Il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar

Lorraine, Jodi u Samantha jinsabu nkwetati ħafna fuq Bella… x’se jagħmlu? U ħutha qablu ma’ Lorraine għall-aġir tagħha? Martina u Michael fejn sejrin? Steve mar ifittex lil Leo… fejn sabu u kif qed iħossu? Lorraine marret tħabbat il-bieb ta’ Bella… x’ġara… x’sabet xħin daħlet f’darha?

Sorelle, b’kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, għandha produzzjoni ta’ Rewind u tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm fuq TVM. Issir repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Is-Sibt, imbagħad, jixxandru l-episodju kollha ta’ amtul il-ġimgħa mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.