Ritratti: Barcelona jħallu diżastru warajhom

Barcelona ħallew id-dressing room li ġew allokati għand Slavia Prague f’diżastru totali. Lionel Messi u sħabu rċivew kritika ħarxa għal dan l-għaġir.

Fliexken tal-plastik u karti fejn inkitbu t-tattiċi li kellhom jintużaw għal waqt il-logħob tħallew mal-art wara li rebħu l-logħba 2-1. Il-fliexken kellhom tabelli fuqhom bl-ismijiet tal-plejers, iżda ħafna minnhom tħallew nofshom mimlija jew lanqas biss infetħu.

Il-karti tħalleww mal-art biex jitnaddfu mill-istagg ta’ Prague. Fuq l-imwejjed kien hemm ukoll vdalijiet tal-ikel mgħormija. Dan fisser sigħat sħaħ ta’ tindif għall-istaff ta’ Prague.