Ritratti: Bajja bram f’Birżebbuġa

Facebook: Deo Debattista

Eluf ta’ bram magħrufin bħala mauve stingers (Pelagia Noctiluca) ksew il-bajja ta’ Birżebbuġa dalgħodu.

Il-Professur u Ambaxxatur Malti għall-Oċeani Alan Deidun spjega li din l-ispeċi tipproduċi b’mod esaġerat f’dan iż-żmien, u l-adulti jmutu wara li jirripoduċu. Qal li l-ġenerazzjoni l-ġdida jsiru adulti fi ftit xhur, u b’hekk ma’ April/Mejju għandna nistennew ħafna mauve stingers.

Qal li l-ammont ta’ bram fuq il-bajja huwa riżultat tar-riħ li kien ġej mix-Xlokk f’dawn l-aħħar jiem. Il-bram tneħħa minn naħa tad-Dipartiment tat-Tindif.