Ritratti: Baħrija-Mtaħleb jirbħu l-Isparatura Annwali tal-FKNK

It-tim ta’ Baħrija/Mtaħleb rebaħ l-Isparatura Annwali tat-Timijiet tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
Fost l-individuals, ġie fl-ewwel post Gorgon Borg ta’ Żebbuġ A.
Fit-tieni, it-tielet u r-raba’ post ġew Żebbuġ A, Mellieħa u Mġarr rispettivament.  Etienne Bugeja ta’ Żebbuġ Stars u Paul Gatt tal-Mosta ġew fit-tieni u t-tielet post tal-individuals rispettivament.
L-isparatura saret fuq ir-ranges olimpiċi tal-isparar tal-plattini l-Bidnija.
Din kienet it-23 sena ta’ din il-kompetizzjoni, fejn kull tim jispara fuq 50 plattina fuq id-dritta.