Ritratti: Baħar jibla’ l-art

Baħar jibla' l-art hekk kif riħ qawwi qed jaħkem il-gżejjer Maltin, bil-qawwa tar-riħ telgħet anke għal Forza 9.
It-twissija ta' riħ qawwi ilha minn dalgħodu u se tibqa' fis-seħħ sat-8 tal-lejla, bil-possibilità li terġa' tiġi mġedda. 
Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, ir-riħ mill-Punent Majjistru se jkun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin u iktar tard idur mill-Majjistral u jiżdied għal qawwa ta' riefnu.
Barra minn hekk il-vapur ta' Għawdex qed jaħdem minn wara Kemmuna u għaldaqstant hu mistenni xi dewmin.
Ritratti: Andrea Muscat, Andrew Zammit