Ritratti: Baħar aħmar wara massakru ta’ baleni

Massakru ta’ baleni ġewwa Faroe Islands biddlu lewn il-baħar għal dak aħmar. Il-baleni ġew ċirkondati u maqtula minn raħħala aktar minn darba matul din is-sena. Tradizzjoni li qed tqajjem rabja kbira madwar id-dinja.

Wieħed minn dawn il-massakri jsir kull sajf b’eluf ta’ baleni mmassakrati waqt li r-residenti ta’ Faroe Islands ikunu qed jippreparaw għax-xitwa.

Ir-ritratti juru bosta sajjieda jkaxkru gruppi kbar ta’ baleni f’baħar baxx u mdemmi fejn ftit tal-minuti qabel kienu għadhom kemm ġew immassakrati grupp ieħor ta’ baleni.

Numru kbir ta’ baleni mejta jidhru fuq il-bajja b’daqqiet kbar li wasslu għall-mewt tagħhom. L-att baqa’ għaddej għal madwar siegħa u nofs fejn inqatlu aktar minn 180 balena.

Tfal żgħar ta’ mhux anqas minn ħames snin dehru jagħtu għajnuna lill-familji tagħhom waqt li jwettqu dan il-massakru.