Ritratti: Attivitajiet fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ilma

Għexieren ta’ familji żaru l-bini tal-Korporazzjoni tal-Ilma f’open weekend li ġie organizzat fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ilma, imfakkar fit-22 ta’ Marzu.
L-attività saret mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC – Catch the Drop, it-Taqsima għall-Enerġija Sostenibbli u Konservazzjoni tal-Ilma u msieħba oħra.
Saru diversi attivitajiet, divertenti u edukattivi, bl-attrazzjoni ewlenija kienet is-sala ta’ kontroll bi skrins kbar kollha numri u dwal ipetpet.
Kien hemm interess speċjali fil-laboratorji l-ġodda tal-Korporazzjoni, fejn tiġi kkontrollata l-kwalità tal-ilma tax-xorb waqt li t-tfal iddevertew mal-karattri popolari Minions u l-attivitajiet ta’ Sun and Drop Fun.
Ħadu sehem ukoll studenti mill-Kulleġġ San Injazju u mill-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST kif ukoll rappreżentanti tal-Malta Business Bureau, l-Istitut tal-Agribusiness tal-MCAST, l-Istitut tax-Xjenzi tal-MCAST, u l-organizzazzjoni mhux governattiva Living Matters.