Ritratti: “Atti ta’ injoranza” fuq aktar statwi fil-Belt Valletta

Uħud mit-13-il installazzjoni mill-proġett ‘Kif Jgħid il-Malti’ ġew ivvandalizzati bejn ilbieraħ u llum.
Ir-ritratti li ttellgħu fuq Facebook miċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef, juru l-proġett, li lanqas biss ilu jumejn eżebit, imkisser f’bosta bnadi.
Micallef ikkundanna “bil-qawwa kollha” l-vandaliżmu li sar fuq il-proġett u saħaq li dawn huma “atti ta’ injoranza kbira, ta’ mħuħ morda li ma jifilħux jaraw il-progress li għaddej bħalissa fil-Belt Valletta.
Il-proġett, appoġġjat mill-Fondazzjoni Valletta 2018, juri xogħol artistiku ta’ Ikona Artworks Ltd bit-tim artistiku magħmul minn Joel Saliba, Margaret Pace u Sarah-lee Zammit, u juża bosta qwiel Maltin sabiex jesponi l-wirt lingwistiku tal-ilsien Malti.