Filmati u Ritratti: Attenti mill-maltemp!

Il-Pulizija ħarġet avviż ta' twissija biex is-sewwieqa jsuqu aktar b'attenzjoni.

Kif bassar l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Malta, illum kellha tagħmel ħalba sew tax-xita u mid-dehra anke għada se tagħmel xi ħalbiet.

Kawża tar-riħ qawwi, fi Triq Birkirkara f'San Ġiljan u anke fi Triq il-Marfa fiċ-Ċirkewwa nqalgħu arbi tad-dawl.

Ġie rrappurtat li fil-bajja tal-Għadira hemm ukoll tliet arbli tad-dawl imqaċċta.

Jidher li l-vapur ta' Għawdex qed jaħdem b'mod normali u fit-terminal taċ-Ċirkewwa, tinda tal-kanvas inqalgħet minn posta u spiċċat fuq karozza li kienet fl-inħawi.

 

Ibagħtilna r-ritratti u l-filmati tal-maltemp fuq: info@newsbook.com.mt

 

Filmat u Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates / Martin Attard / Kris Muscat / Carmel Saliba / Yendrick Cioffi / Ediana Attard / Frankie Cutajar / Graziella Spiteri / Rick Dimech