Filmat: Attent jekk se tgħaddi mill-Bombi

Jekk bi ħsiebek tgħaddi minn Triq il-Bombi fil-Furjana oqgħod attent hekk kif jidher li d-dwal tat-traffiku mhux qed jaħdmu.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt spjegaw li għaddew numru ta’ karozzi tal-Pulizija minn fuq il-post madanakollu ħadd ma waqaf.

Kelliem għall-Pulizija spjega li sar rapport min-naħa tal-Pulizija ma’ Transport Malta sabiex tissewwa din il-problema, madanakollu r-responsabbiltà taqa’ taħt id-dikasteru ta’ Transport Malta.