Ritratti: ‘Attakkati’ billboards tal-PL u tal-PN

Billboard Guerrillas

L-hekk imsejħa ‘Billboard Guerrillas’ “wettqu attakk” fuq il-billboards u l-istrixxuni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista li qalu li qed iniġġsu kull rokna ta’ Malta.

L-attivisti qalu li wettqu “l-attakk” matul il-lejl li għadda. Qalu li għall-elezzjoni Malta reġgħet inksiet b’messaġġi “stupidi u bla sinifikat”.

Skont l-attivisti, dak li ż-żewġ partiti l-kbar qed jiġġieldu għalih u li tassew għandhom f’qalbhom huma “l-interessi ta’ Charles Azzopardi (Azzopardi Fisheries), Charles Polidano iċ-Ċaqnu, Silvio Debono (DB Group), Winston J. Zahra (Island Hotels Group), Joseph Portelli (Portelli Projects), Alfred Pisani (Corinthia Group), Sandro Chetcuti (Malta Developers Association), Charles u Anton Camilleri tal-Franċiż, it-Tumas Group, Marco Gaffarena, Joe Gasan (Gasan Group), qraba u ħbieb.”