Ritratti: Attakk ‘terroristiku’ fil-Belġju; 3 mejta

Raġel qatel żewġ pulizija nisa u raġel wara li darabhom b’sikkina u sparalhom fil-belt ta’ Liege fil-Beġju. 
Ftit wara r-raġel inqatel b’tir hu stess fi skola. Bosta qed jgħidu li dan kien attakk terroristiku.
Skont il-midja Belġjana, ir-raġel kellu 36 sena u qed jingħad li kien kriminal li lbieraħ tħalla joħroġ minn ħabs għal ġurnata.
Qed jiġi investigat jekk ir-raġel ikkonvertiex għall-Iżlam u ġiex radikalizzat waqt li kien il-ħabs.
Prosekutur qal lill-midja Belġjana li r-raġel attakka lill-Pulizija nisa minn wara b’sikkina għall-ħabta tal-10:30am.
Wara li darabhom bis-sikkina ħadilhom l-arma tan-nar u qatilhom. Hu kompla miexi fit-triq fejn spara u qatel raġel ta’ 22 sena li kien passiġġier f’karozza pparkjata.
Ir-raġel imbagħad baqa’ sejjer fi skola fejn ħa mara bħala ostaġġ. L-istudenti ttieħdu f’post sigur qabel ma bdiet battalja ta’ tiri fejn indarbu għadd ta’ Pulizija. Dan baqa’ sejjer sakemm ir-raġel inqatel mill-Pulizija stess.
Ritratti: Reuters