Ritratti: Xahrejn Assassinju Daphne: Karba għall-verità

Il-karba għall-verità fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tkompli tinħass hekk kif fl-aħħar sigħat reġgħu dehru strixxuni li din id-darba qed juru l-kliem "Irridu l-verità, il-verità kollha".
Dawn l-istrixxuni dehru f'numru ta' lokalitajiet viċin it-toroq ewlenin ta' Malta fosthom fil-Marsa u f'Santa Venera.
Il-ġurnalista Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ta' karozza fi-triq li mill-Mosta tagħti għall-Bidnija xahrejn ilu, fis-16 ta’ Ottubru għall-ħabta tat-3pm.
Waqt iż-żjara tiegħu f'Malta, tliet ijiem ilu, f'Jum ir-Repubblika, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk fakkar dan il-qtil billi żar il-qabar ta' Daphne Caruana Galizia.
Fi tweet, Donald Tusk qal li Daphne tat ħajjitha għal-libertà tal-kelma waqt li kienet qed tfittex il-verità.
Din il-ġimgħa Tusk ġie Malta biex jirċievi ġieħ pubbliku bħala Kumpann Onorarju.