Ritratti: Arrestati 2 żgħażagħ wara sejba kokaina f’Għawdex

Żewġ żgħażagħ ġew arrestati wara li nstabu d-drogi tal-kokaina u tal-kannabis f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arresti saru lbieraħ. Ġew arrestati żagħżugħ ta’ 27 sena minn Nadur u żagħżugħa ta’ 26 sena mix-Xagħra. Ġew arrestati wara li nstabet ħaxixa tal-kannabis u pakketti bit-trab abjad aktarx tal-kokaina fl-appartament tagħhom.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada akkużat fost oħrajn b’pussess aggravat tad-droga kokaina u pussess sempliċi tal-ħaxixa tal-kannabis.