Ritratti: Arrestat wara sejba kokaina u kannabis

CMRU

Raġel ta’ 45 sena mill-Belt Valletta u li joqgħod Ħaż-Żebbuġ ġie arrestat wara sejba kokaina u kannabis.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija. Instabu madwar 15-il kilo pjanta tal-kannabis lesta għall-bejgħ fil-karozza tiegħu. Saret tfittxija fid-dar tiegħu fejn instabu 300 gramma raża tal-kannabis u 80 gramma kokaina.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada.