Ritratti: Ara x’qed jagħmlu t-tfal taż-Żebbuġ Għawdex

It-tfal ta’ Żebbuġ f’Għawdex qed jimpenjaw irwieħhom f’dawn iż-żminijeit biex iwasslu qawsalla ta’ kuluri u xita ta’ kliem ta’ kuraġġ u tama! Dan permezz ta’ posters li qed jagħmlu huma stess u li qed jitwaħħlu fid-dar tagħhom, uħud anki fit-tieqa tad-dar li tagħti għal barra.

L-inizijattiva bdiet fuq il-paġna Facebook ta’ Zebbug Kids li qed jappellaw lil aktar tfal biex jibgħatu t-tpinġijiet u l-messaġġi tagħhom biex dawn jittellgħu fuq il-paġna tagħhom u wkoll se jkunu ppublikati fir-rivista tal-festa tal-2021.

Araw xi ftit x’għamlu. Tassew għandna biex inkun kburin bihom.