Ritratti: Ara x’kien hemm waqt UNITE with Tomorrowland f’Malta

Facebook

Ilbieraħ, numru ta’ DJs lokali bħal ANT u D-REY daqqew waqt l-avveniment Unite with Tomorrowland fil-Marsa Sports Grounds.

Intwera wkoll live stream tal-festival ta’ Tomorrowland fil-Belġju, fejn kienu qed idoqqu DJs internazzjonali bħal Taao Kross u Steve Aoki.

Ma’ Newsbook.com.mt, Nigel Camilleri, wieħed mill-koordinaturi ta’ dan l-avveniment, kien qal li kien hemm ħafna nies mal-ftuħ tal-kunċert.