Ritratti: Ara min rebaħ il-logħob tan-Knock Out tal-waterpolo

Neptunes huma r-rebbieħa tal-Kampjonat BOV Water Polo Knockout Competition. Fil-finali huma rnexxielhom jegħlbu lir-rivali tagħhom Sliema bl-iskor ta’ 10-8.

Min-naħa l-oħra Exiles irnexxielhom jirbħu l-edizzjoni tan-Knock Out fis-sezzjoni tan-nisa. Fil-finali, Exiles spiċċaw marru għall-għoti tal-penalties wara li spiċċaw il-logħba fi draw ta’ 12-12 kontra Sliema. Exiles ħarġu rebbieħa fil-penalty shootout wara li rebħu 16-14. Exiles komplew iżidu mat-tazzi din is-sena wara li kien diġà rnexxielhom jirbħu s-Super Cup u l-League.

Intlagħbet ukoll il-finali tan-Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni bejn Marsaskala u Birżebbuġa. Marsaskala rebħu l-finali bl-iskor ta’ 10-9.