Ritratti: Ara meta se jkompli Ħbieb u Għedewwa

Ħbieb u Għedewwa

Ħafna ilhom jistennew id-data ta’ meta Ħbieb u Għedewwa se jerġa’ jibda. L-istennija tieqaf hawn! L-aħħar staġun issa tistgħu ssegwuħ mit-Tnejn 30 ta’ Marzu fuq Melita More, li akkwista d-drittijiet ta’ din is-sensiela. Ħbieb u Għedewwa se tkun qed jintwera mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm.

Din il-produzzjoni ta’ Rewind, se tkun l-aħħar staġun ta’ din is-sensiela fejn fost ħafna intriċċi se naraw ir-ritorn ta’ Karl. Iżda mhux se jkun lura waħdu. Lil min se jkollu miegħu? Tgħid se jagħmel xi waħda minn tiegħu?

Is-segwaċi ta’ Ħbieb u Għedewwa jafu li John u Saviour huma aħwa. Il-mewt u t-testment ta’ Maria Pia se jaqleb ta’ taħt fuq il-ħajja ta’ dawn iż-żewġ familji. Iżda John u Saviour se jiskopruha l-verità? U kif se tiġi effettwata r-relazzjoni tagħhom? Se jpoġġu kollox warajhom, jew se ssiru għedewwa ikbar milli diġà huma?

Ħbieb u Għedewwa kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa esklussivament fuq Melita More.