Ritratti: Ara l-uniformi l-ġdida tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija ħareġ numru ta’ ritratt fuq Facebook li juru l-uniformi l-ġdida li se jibdew jilbsu l-Pulizija lejn it-tmiem tas-sena 2020.

Il-Korp spjega li t-tibdil fl-uniformi mhux se jidher biss fl-istil tagħha, iżda d-disinn u l-materjal se jkun qed jindirizza d-difetti li għandha l-uniformi li qed tintlibes bħalissa. L-uniformi tuża tip ta’ fibra li hija aktar addatta għall-klima lokali.

Il-Korp qal li ħa inkonsiderazzjoni s-sigurta tal-uffiċjali u l-bżonn li l-uniformi tkun adegwata għall-ambjent u b’hekk se jkollha numru ta’ karatteristiċi ġodda, fosthom ħjata aktar b’saħħitha, bwiet li huwa faċli li toħroġ affarijiet minnhom, bump caps u ġakketta ta’ viżibilità għolja li jmorru mal-istandards Ewropej. L-uniformi l-ġdida mistennija tkun waħda newtrali għall-ġeneri.

Intant, il-korp qed jappella sabiex kull min għandu xi opinjoni fuq l-uniformi jgħaddiha lilhom fuq il-paġna ta’ Facebook.