Ritratti: Ara kif żejnu għat-tfal fl-isptar

Rene Rossignaud

Il-fotografu Rene Rossignaud baqa’ impressjonat bid-dedikazzjoni tal-ħaddiema fl-isptar f’dan iż-żmien tal-Milied u anke bil-ħiliet tagħhom biex iżejnu s-swali u l-kmamar.

Fuq Facebook, Rossignaud qal li mar biex jgħin fil-festin tal-Milied għat-tfal tar-Rainbow Ward. Ħaġa li laqtitu kienet id-dedikazzjoni tal-ġenituri u tal-impjegati li qal li jaħdmu ħafna għat-tfal.

Ma’ Newsbook.com.mt, Rossignaud qal li l-ħaddiema tal-isptar ingħataw hamper bħala ringrazzjament. Madanakollu, huma qalu li l-“grazzi” trid tingħad lit-tfal li qed jiġġieldu din il-ġlieda tagħhom. Rossignaud appella lin-nies biex ikunu ġenerużi fl-attivitajiet tal-Istrina u ta’ Puttinu Cares.

This year I volunteered at the Rainbow ward Christmas party for kids going through some bad days… I was simply amazed…

Posted by Rene Rossignaud on Friday, December 21, 2018