Ritratti: Ara kif se jidher il-palk tal-Eurovision

Ritratt: NPO/AVROTROS/NOS

Filwaqt li bosta pajjiżi bdew jagħżlu u jħabbru l-artisti li se jirrappreżentawhom, f’Rotterdam, fin-Netherlands għaddejjin ġmielhom il-preparamenti għal dan l-avveniment li se jkun qed isir bejn t-Tliea 12 ta’ Mejju, il-Ħamis 14 ta’ Mejju u s-Sibt 16 ta’ Mejju.

Ritratt: NPO/AVROTROS/NOS

Dawn huma l-ewwel ritratti li ġew ippubblikat tal-palk kif se jkun qed jidher u li għandhom disinn ta’ Florian Wieder.

Huwa kien iddisinja l-palk tal-2011 kif ukoll dawk li rajna fl-aħħar tlett edizzjonijiet.

Ritratt: NPO/AVROTROS/NOS

Id-disinn huwa ispirat mit-tema Open Up li l-65 edizzjoni ta’ dan il-festival se jkollu din is-sena.

Ritratt: NPO/AVROTROS/NOS

Għal darb’ oħra il-Green Room se tkun mal-arena biex b’hekk anki l-kantanti u delegazzjonijiet li jakkumpanjawhom ikollhom kuntatt mal-atmospera li jkunu qed igawdu l-eluf li jattendu t-tlett serati.