Il-preparamenti li jwasslu għall-finali tas-17-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest bdew hekk kif ilbieraħ saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ li waqtha kien determinat permezz tat-tlugħ bil-polza tal-ordni ta’ kif se jkantaw il-parteċipanti.

L-Awstralja se tkun qed tiftaħ il-kompetizzjoni nhar il-Ħadd filwaqt li s-Serbja tkun l-aħħar kanzunetta qabel ma’ tiftaħ it-tieni fażi tal-votazzjoni.

Eliana Gomez Blanco li qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta We Are More, se tkun qed tagħti l-wirja tagħha fit-tmien pożizzjoni.
L-ordni hija kif ġej:

- Awstralja
- Franza
- Russja
- Maċedonja ta’ Fuq
- Spanja
- Ġorġja
- Belarus
- Malta
- Wales
- Kazakhstan
- Polonja
- Irlanda
- Ukrajna
- Olanda
- Armenja
- Portugall
- Italja
- Albanija
- Serbja

Proprju dalgħodu bdew l-ewwel provi tal-kantanti fuq il-palk bil-kantanta Maltija tagħti l-ewwel prova tagħha fid-9am.

Il-kanzunetta ta’ pajjiżna, We Are More, hi miktuba minn Rachel Suter, Jonas Thander, Joe Julian Farrugia u Kevin Lee b’kompożizzjoni ta’ Jonas Thander u Rachel Suter.