Aġġornata: Ritratti: Anzjan jinstab mejjet fi Blata l-Bajda

Miguela Xuereb

Read in English.

Raġel ta’ 81 sena instab mejjet fil-limiti ta’ Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, direzzjoni lejn il-Marsa.

Il-Pulizija saret taf bil-każ għall-ħabta tal-4.05pm. Iddeskrivew lir-raġel bħala wieħed ta’ 81 sena mill-Furjana, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha ma ġietx iċċertifikata. Iżjed tard, ġie ċċertifikat mejjet.

Skont kelliem għall-Pulizija, mhux suspettat vjolenza minn terzi, u lanqas suwiċidju. Però, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.