Ritratti: Antonio Banderas ikompli jiskopri l-Belt

Ix-xogħol tal-attur famuż Antonio Banderas għaddej ġmielu, imma mhux qed iżommu lura milli jdur dawra mal-gzejjer Maltin u jara l-veduti.
Wara li ftit tal-jiem ilu Banderas kien qed idur il-Konkatidral tal-Belt u jammira l-pitturi li wieħed jista’ jara ġo fih, issa qed jammira l-veduta tal-Port il-Kbir u l-bini li hemm fil-Belt Valletta.
Banderas saħansitra tella’ ritratti tal-veduti li l-aktar ammira u rnexxielu wkoll jieħu ritratt ta’ qawsalla tixgħel fuq il-Belt.