Ritratti: Antonio Banderas idur il-Belt

L-attur famuż Antonio Banderas f’dawn il-jiem deher fil-Belt Valletta, hekk kif jinsab Malta għall-ġbid ta’ xeni mill-film Genius, fejn Banderas qed jaħdem il-parti ta’ Picasso.
Fuq instagram, Banderas tella’ ritratti ta’ postijiet li żar fil-Belt Valletta fost l-oħrajn tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.  

Kiteb “mixja mal-Belt Valletta, sbuħija kullimkien; post mill-isbaħ”.
F’temp ta’ 14-il siegħa, kellu 20,853 like u ‘l fuq minn 300 kumment.

Jidher li llum il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa tinsab magħluqa għall-pubbliku minħabba l-ġbid ta’ din is-serje.
Il-film Genius idur mal-ħajja tal-pittur Spanjol Pablo Picasso.