Ritratti: Anniversarju speċjali għal Paul u Vivienne Caruana

Awguri lill-atturi Paul u Vivienne Caruana li proprju llum qed jiċċelebraw il-35 anniversarju minn meta wegħdu mħabbithom lil xulxin. Il-koppja żżewġu fl-1985 b’Vivienne liebsa r-roża minħabba li diġà kienet iżżewġet qabel u kienet romlot. Bħala bridesmaid kellhom lil Dominique, it-tifla ta’ Vivienne mill-ewwel żwieġ tagħha.

Kien it-teatru li laqqa’ lil Pawlu u lil Vivienne u wara sena għarajjes ikkurunaw imħabbithom u kellhom żewġ ulied, Donovan u Danielle.

Paul u Vivienne kienu żżewġu fil-knisja San Ġwann Tas-Salib f’Ta’ Xbiex.

Lil Paul u Vivienne rajniehom f’diversi sensiliet u attwalment qed naraw lil Paul fir-repetizzjoni tas-sensiela Iċ-Ċaqqufa bħala Ninu fuq TVM filwaqt li Vivienne narawha nhar ta’ Erbgħa fuq Net fis-sensiela Santa Monika, serje li fiha aktar wara kienu ħadmu kemm Paul, kif ukoll Dominique u Danielle.

Paul u Vivienne huma wkoll nanniet ta’ tnejn.

Nawguraw lil Paul u lil Vivienne aktar snin ta’ mħabba.