Ritratti: Anke l-qtates ibatu mill-burdati

Minkejja li għandna l-impressjoni li l-qtates suppost ikunu ħelwin u li jkollok aptit tagħfashom, dawn ir-ritratti juru kif il-qtates ukoll jistgħu kultant ikunu vjolenti u mhux daqstant ħelwin.
Fost l-oħrajn, ritratt partikolari juri qattus iħares bl-ikrah minn wara sidtu li kienet qed taqra ktieb.
F’ritratt ieħor, waqt li raġel jieħu stessu, il-qattus qed iħarislu mill-ġenb qisu jrid jieklu.