Ritratti: Bella għaliex qed tibża’ minn Leo?

L-intriċċi fis-sensiela Sorelle ma jieqfux u proprju fl-episodju tal-lum it-Tnejn se naraw lil Brian jiġġustifika ruħu dwar il-ħarba ta’ Leo u għaliex kien għenu. X’qallu? X’beħsiebhom jagħmlu? Lorraine tmur għand Neil. X’se tgħidlu? Biex akkużatu? Angela għaliex tmur id-dar ta’ Frederick? Xi ħadd bagħatilha messaġġ xħin daħlet fil-karozza. X’qalilha?

It-Tlieta 15 ta’ Diċembru

Lorraine tikkonfronta lil Neil biex tgħidlu x’saret taf dwaru. Se jammetti għal dak li qaltlu jew le? Fejn se tmur Angela? X’inhu għaddej minn moħħ Samantha u Jodi? Samantha staqsiet xi ħaġa personali lil Jodi… għaliex ma ħassitix komda tirrispondiha? Ma’ min iltaqgħet Angela?

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru

Angela marret tiltaqa’ ma’ min kien bagħatilha l-messaġġ… min kien? X’qalilha u għaliex kienet irrabjata ħafna għalih? Michael mar iqajjem lil Martina biex jgħidilha li Leo kien ħarab mill-ħabs… x’reazzjoni kellha għal din l-aħbar? Insiru nafu min verament kien Michael. Niltaqgħu ma’ Alex… min kien?

Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru

Angela u l-Maġġur Bonaci marru jkellmu lil Steve… x’qalulu? Għaliex beda jidħak meta sar jaf li Leo kien ħarab mill-ħabs flimkien ma’ Brian u s-Sully? Jodi qalet lil Samantha kif tassew kienet mietet Louisa… x’qaltilha? Iżda l-veritá x’kienet? X’talabhom Steve u x’għamlet Angela?

Il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru

Bella ċemplet lil Gina… x’qaltilha dwar Janice u għaliex qed tibża’ minn Leo u x’jista’ jagħmel? Vince staqsa lil Naomi x’relazzjoni kellha mal-familja tiegħu… x’qaltlu? Alex wera xi ritratti lil Vince… min kien hemm fihom u x’jaħseb Vince?… għaliex kien tassew irrabjat għal dak li kien ra?

Sorelle jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.40pm b’repetizzjoni dakinhar stess fil-11.30pm u l-għada fis-6.15am. Il-puntati kollha jerġgħu jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2. Is-sensiela bi produzzjoni ta’ Rewind għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.