Ritratti: Andrew Cohen jirbaħ l-unur tal-futboler tas-sena

Andrew Cohen minn Gżira United ħa l-unur tal-futboler tas-sena fil-Malta Football Awards 2018, organizzata mill-Malta Football Association (MFA).
Il-ħames konkorrenti għal dan l-unur, l-iktar unur prestiġġuż fil-futbol Malti, kienu Paul Fenech minn Ħal Balzan, Jake Grech minn Birkirkara, Steve Pisani mill-Furjana, Andrè Schembri minn Apollon Limassol u Andrew Cohen minn Gżira United li rebaħ dan l-unur.
Cohen u Fenech diġà rebħu dan l-unur fi snin oħra.