Ritratti: Allegatament serqu Playstation; premju għal min isibu

Forestals

Ħanut tal-elettronika fil-Belt Valletta allega li żewġ persuni serqu Playstation mingħandu.

Fuq Facebook, il-ħanut Forestals qal li l-każ seħħ dalgħodu fi Triq ir-Repubblika u li sar rapport mal-Pulizija. Qal li wieħed miż-żewġt irġiel kien qed itellef lil wieħed mill-ħaddiema sakemm l-ieħor qabad Playstation 4 u ħarab biha. L-allarm tal-ħanut faqqgħet imma ż-żewġ persuni ħarbu.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma kinux saru rapporti dwar il-każ sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Il-ħanut qal li qed joffri premju ta’ €200 għal min jipprovdi l-informazzjoni li twassal għall-arrest tal-persuni u r-ritorn tal-prodott.

https://www.facebook.com/forestals/posts/10156612619418367?__xts__%5B0%5D=68.ARDgXFkH8xUTZeyq879w5xOr7XYjTDqnatwrT3DNf6_iL197mUIyYEd9lXWCOTYVECWFRl_P6Fa2wWa8ISyUC0jXoB1JUGbcDSZTbMKNKEX9fQQxI2FnpFbj8Efd6ZABiGd4boko6CLLZY6Eyw_18ej0TjOAo3FZTEqHK-WHPJh7vmh4QDJ3yt9V4odQDaeVXkQju7B-iCYKFhF-bENPXk3xNDMQKkUxcfazHVE_a-1NHJgmplN0Uk3JktjroYRr91GmrXSVQC-_nWFbUvULAwDvso5p_vcpJMdPpRkmubkAyIxE09C117uRhpmiQAnWSfD2VTcYYR-nmFzmtWjc&__tn__=-R