Ritratti: Aktar kulur fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun

Il-Kunsill Lokali Ħamrun permezz ta’ fondi mill-fond Development Planning Fund għamel tisbieħ ta’ Pjazza San Pawl, fejn apparti sar tisbieħ tal-fanali u bankijiet eżistenti, saret funtana mil-isbaħ biex tagħti aktar kulur lil din il-pjazza. Madwar din il-funtana ġdida tneħħew xi konki sabiex jagħmlu din il-pjazza akbar u jkun possibli li jsiru aktar attivitajiet fiha.

Il-Kunsill Lokali Ħamrun qiegħed jagħmel l-almu kollu biex il-pjazez kollha jkunu msebħa biex jitgawdew aktar min-nies.

Biswiet ma’ din il-pjazza fiż-żmien li ġej ser ikun qiegħed jibda xogħol ieħor fejn triq ser tiġi pedonali u jsir bandli fiha ukoll. Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun hu nieqes minn spazji publiċi u għalhekk li l-Kunsill qed jagħmel dak kollu possibli biex dawn l-ispazji jkunu fl-aħjar kundizzjoni.