Ritratti: Ajruplan joħroġ mir-runway u għal ftit ma jispiċċax fil-baħar

Ajruplan tal-linja tal-ajru Pegasus Airlines skidja barra mir-runway u spiċċa żżerżaq ma’ rdum, ftit ‘il bogħod mill-baħar.
L-ajruplan kien għadu kemm niżel fl-ajruport ta’ Trabzon  fit-Turkija, viċin il-Baħar l-Iswed.
Abbord l-ajruplan kien hemm 168 persuna bejn passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ. Jidher li ħadd ma weġġa’.
Il-kawża tal-inċident għadha qed tiġi investigata bl-ajruport ikollu jingħalaq għal diversi sigħat.