Ritratti: Ajruplan ġo binja

Li jħabbatlek ajruplan żgur ma tkunx qed tistennieha. Fortunatament ħadd ma weġġa’ dal-lejl meta ajruplan privat ħadu r-riħ u spiċċa dritt f’binja ta’ Polidano Group. L-ajruplan, bir-reġistrazzjoni VP-BZE, kien ipparkjat f’Park 4 flimkien ma' numru ta’ ajruplani oħra.
Illum mistennija ssir operazzjoni delikata biex jinġibed minn ġo din il-binja u jittella’ f’postu.
Minkejja li l-binja ma ġarrbitx ħsarat kbar, il-parti ta’ quddiem tal-ajruplan sofriet impatt b’saħħtu. It-triq għadha magħluqa.
Diversi entitajiet u awtoritajiet jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.
Aktar dettalji matul il-jum.
Ritratti: Ian Noel Pace