Ritratti: Lesti għalik la toħroġ mill-mina…

Ħu ħsieb aħsiblu jekk se tgħaddi mill-mini ta' Paceville.
Fuq il-mezzi soċjali bosta lmentaw li Gwardjani Lokali qed ikunu għassa ta' spiss ħdejn il-mini fi Triq Mikiel Anton Vassalli, direzzjoni lejn Paceville, biex jagħtu ċitazzjoni lil min ma jixgħelx id-dawl taħt il-mina.
Ritratti mtellgħa fuq paġna fuq Facebook juru l-Gwardjani għassa eżatt mal-ħruġ mill-mina.
Għalkemm dawn il-Gwardjani jkunu qed jagħmlu xogħlhom biex iħarsu s-sigurtà fit-toroq, hu importanti li wieħed jixgħel id-dawl taħt mina u jħares il-liġijiet tat-triq. 
Ritratti: Ġaħan onlajn