Ritratti: Aħsibha darbtejn jekk bi ħsiebek tmur Għawdex illum

Daniel Cilia

Jekk bi ħsiebek titla’ Għawdex illum aħsibha darbtejn hekk kif jidher li hemm kju twil f’toroq ewlenin lejn iċ-Ċirkewwa.

Ritratti mibgħuta lil Newsbook.com.mt juru t-traffiku kbir li nġema’ fid-direzzjoni għaċ-Ċirkewwa. Dan iż-żmien huwa magħruf għal bosta persuni li jitilgħu jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida f’Għawdex. Din is-sena, Jonas Blue, id-DJ rinomat madwar id-dinja kollha se jkun qed idoqq f’Għawdex mat-tokki ta’ nofsillejl.

Mill-filmati tas-CCTV, jidher li min-naħa tal-Imġarr Għawdex ma hemmx traffiku.