Ritratti: “Ma niddejjaqx niltaqa’ mal-abbatini Maltin” – il-Papa

Abbatini Maltin li bħal kull sena fl-istaġun tas-Sajf jitilgħu l-Vatikan jagħmlu servizz iltaqgħu mal-Papa Franġisku.
Dan huwa t-tieni grupp ta’ abbatini li din is-sena tela’ jagħmel servizz fil-Vatikan.
Ma' Newsbook.com.mt il-Koadjatur tal-Kapitlu tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan qal li ħaseb li l-Papa qed jiddejjaq joqgħod kull darba jiltaqa' mal-abbatini, iżda stqarr li l-Papa qallu li mhux jiddejjaq u pjaċir tiegħu li jitlaqa' mal-abbatini Maltin.
L-abbatini Maltin ilhom 53 sena jitilgħu jagħmlu servizz. Dan wara li l-Kanonku Delia kien innota li ma kienx qed ikun hemm l-abbatini jagħtu servizz u beda din it-tradizzjoni li jitilgħu l-abbatini Maltin.
Monsinjur Francis Bonnici kien spjega li biex l-abbatini jitilgħu jagħmlu servizz ikunu ilhom jippreparaw. Dan hekk kif iridu jitgħallmu l-Quddiesea u l-Liturġija bl-Ingliż u bit-Taljan sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-Quddiesa. L-abbatini jridu jistudjaw ukoll it-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Huma jitgħażlu permezz ta’ eżami.