Ritratti: 89 persuna mħarrka waqt road blocks bil-lejl

CMRU

Read in English.

Il-Pulizija ħarrket madwar 89 persuna minħabba ksur tar-regoli tat-traffiku, inkluż sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u tipjip fil-preżenza tat-tfal.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għamlet kontrolli f’diversi lokalitajiet matul il-lejl inkluż f’Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, iż-Żejtun, San Pawl il-Baħar, Burmarrad, il-Furjana, Birkirkara, San Ġiljan, is-Swieqi, ir-Rabat, Ħal Luqa, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħal Qormi, u Ħaż-Żabbar.

Tliet persuni nstabu fil-pussess tad-droga.

Il-Pulizija qalet li ħarrket nies minħabba ksur tar-regoli bħal:

  • Sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew droga
  • Sewqan mingħajr liċenzja valida
  • Sewqan mingħajr polza tal-assigurazzjoni
  • Sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà
  • Sewqan b’veloċità eċċessiva
  • Dwal mhux skont il-liġi
  • Użu tal-mowbajl waqt is-sewqan
  • Liċenzja tal-vettura mhux valida
  • Vettura kummerċjali bla fire extinguisher
  • Tipjip fil-preżenza ta’ minuri