Ritratti: 80 anzjan jidħlu fl-ispirtu tal-Milied f’San Vinċenz

Parliametary Secretary for Persons with Disability and Active Ageing, Anthony Agius Decelis meets elderly during a Christmas lunch organised for lonely elderly residents at St Vincent De Paul

Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mal-Active Aging Unit organizzaw ikla lil madwar 80 anzjan residenti f’San Vinċenz De Paul li jinsabu waħedhom.

Din kienet it-tieni darba li saret din l-ikla wara li s-Segreatarju Parlamentari Anthony Aguis Decelis kien żar lil dawn l-anzjani u għaraf li kien hemm bosta anzjani li ħadd ma kien iżurhom. Huwa spjega li bħala segretarjat qed jagħmlu minn kollox biex dawn il-persuni jkollhom ambjent ta’ familja u jqisu dawn ir-residenti bħala t-tieni familja tagħhom. Flimkien huma kellhom l-opportunità biex jidħlu fl-Ispritu tal-Milied u, jiddevertu u jaqsmu l-ferħ flimkien.

Aguis Decelis qal li din l-inizjattiva se tibqa’ ssir kull sena fost attivitajiet oħra li se jkunu hemm fil-futur. L-għan huwa li l-anzjani jkollhom iktar attivitajiet biex inkun hemm iktar inkluzjoni tal-anzjani fis-soċjetà u anzjanità attiva.