Ritratti: 8 persuni nieqsa wara li ġġarrfet blokka appartamenti f’Napli

Ħaddiema ta’ salvataġġ fin-nofsinhar tal-Italja qed jaħdmu bla heda biex isibu tmien persuni, wara t-tiġrif ta’ blokka appartamenti f’Napli. Fost il-persuni nieqsa, hemm żewġt itfal.
Skont il-midja Taljana, żewġ familji kienu jgħixu fil-binja ta’ erba’ sulari fid-distrett ta’ Torre Annunziata.
Il-kawża tal-inċident għadha mhix magħrufa. Residenti fl-inħawi qalu li ma semgħu l-ebda splużjoni, ħlief il-ħoss tal-bini jiġġarraf.
Minkejja li ż-żona hi siżmikament attiva, m’hemm l-ebda indikazzjoni li seħħ terremot.  Ipoteżi oħra hija t-tiġrif kien ikkawżat mill-vibrazzjonijiet tal-ferroviji, jew ix-xogħol ta’ rinovazzjoni li qed isir fis-sulari ta’ isfel.
Parti mill-bini waqa’ fuq il-linja tal-ferrovija, bil-konsegwenza li t-traffiku ġie sospiż.