Ritratti: 7 arrestati fuq traffikar tad-droga

CMRU

Seba’ persuni ġew arrestati fuq allegat traffikar tad-droga, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħodu sar rejd f’fond fi Triq Allessandra f’Bormla. Waqt ir-rejd ġew arrestati seba’ Maltin – erbat irġiel u tliet nisa. L-età tagħhom tvarja bejn it-18 u s-47 sena. L-arresti saru “wara jiem ta’ osservazzjoni”.

Saret tfittxija u nstab ammont ta’ droga lesta għat-traffikar. Instabu d-drogi tal-eroina, tal-kokaina, tal-kannaibs, u l-crack cocaine.

Il-Pulizija qed tkompli tinvestiga l-każ.