Ritratti: 60 sena ta’ ħidma mis-Sorijiet Karmelitani f’Għawdex

Din is-sena jaħbat is-60 sena anniversarju mill-preżenza tas-Sorijiet Karmelitani ta’ Santa tereża ta’ Ġesù Bambin fid-Djoċesi ta’ Għawdex, kif ukoll mit-twaqqif mill-iskola ta’ Santa Tereża f’Ta’ Kerċem, immexxija mill-istess sorijiet.
Għal dan il-għan, il-Mons Mario Grech se jkun qed imexxi quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja Parrokkjali Ta’ Kerċem biex jitfakkar il-jum tal-1 ta’ Marzu 1957, il-jum li fih fetħet l-iskola.
Il-quddiesa se ssir nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Marzu.
Fix-xhur li ġejjin se jsegwu bosta attivitajiet oħra sabiex titfakkar ħidmet is-sorijiet f’din il-komunità kemm fl-imgħoddi, issa, u għall-ġejjieni.