​Ritratti: 6,400 student jibdew korsijiet fl-MCAST

6,400 student bdew sena akkademika ġdida f’wieħed mit-tliet kulleġġi tal-MCAST.
Żaret il-Fresher’s Week, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-Kelliema tal-PN għall-Edukazzjoni Therese Comodini Cachia.
Il-President iltaqgħet mal-istudenti li qed jitħarrġu minn Silvana Koch-Mehrin, il-Fundatriċi tal-Forum Dinji tal-Mexxejja Politiċi Nisa.
Sadanittant, fi stqarrija, il-Kulleġġ fakkar li għadu jaċċetta applikazzjonijiet għall-korsijiet full-time. Dawk interessati jistgħu japplikaw sa nhar il-Ġimgħa, bejn it-8.30pm u nofsinhar.
Għal aktar dettalji wieħed jista’ jibgħat imejl fuq careerguidance@mcast.edu.mt jew iċempel fuq 23987135/310.
Ritratti: OPR/DOI/PN