Ritratti: 55 siġra ġdida f’Wied Għollieqa

Read in English.

Tħawwlu 55 siġra f’Wied Għollieqa. Dan waqt attività tal- Partit Nazzjonalista (PN) bħala parti mill-attivitajiet tal-55 sena mill-Indipendenza.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li l-Gvern Laburista qed joħloq pajjiż b’ħafna tniġġis u konġestjoni. Spjega li l-aġenda tal-PN tpoġġi l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u Għawdex fuq nett.

Huwa fakkar kif ċifri maħruġa mill-Eurostat wrew kif il-Maltin huma l-iżjed esposti għat-tniġġis fl-arja. Infatti, Malta kellha t-tieni l-ikbar żieda tal-gass dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa l-gass ewlieni li jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima.

Aqra: Malta tirreġistra t-tieni l-ikbar żieda tas-CO2

Qal ukoll li iktar minn 570 persuna qed imutu kull sena kawża tat-tniġġis u l- mard respiratorju li jġib miegħu.

Aqra: 105 persuni f’Malta jmutu bl-ażma f’4 xhur

Saħaq li l-PN għandu pjan fit-tul, mhux bħal Gvern Laburista. Fi kliemu, pjan fit-tul ifisser pajjiż isbaħ, nadif, attraenti ferm aktar għat-turisti u l-investituri, u fuq kollox ambjent aktar nadif u poplu aktar b’saħħtu.