Ritratti: 500 jinġabru biex jaraw lil San Lawrenz jibki

Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u lbieraħ, żammew l-appuntament mad-Dinja l-meteoriti li ta’ kull sena jinzertaw fir-rotta tad-dawra tal-pjaneta…jew b’mod aktar sempliċi, id-Dmugħ ta’ San Lawrenz.
Newsbook.com.mt kien preżenti waqt l-attività mtellgħa mill-Soċjetà Maltija tal-Astronomija flimkien mal-Istitut tax-Xjenza Spazjali u Astronomika minn Miġra l-Ferħa, ir-Rabat, permezz tal-filmati u r-ritratti miġbuda minn waħda mill-volontiera tas-soċjetà, Lynsey Schembri.
Schembri iddeskriviet l-atmosfera fuq il-post ma’ Newsbook.com.mt bħala esperjenza unika, minkejja li sseħħ kull sena.
Ġew innutati bosta meteoriti, jew biex inkunu aktar eżatti, Persejidi.
Minkejja dan, id-dawl tal-qamar tellef xi ftit, speċjalment dawk il-persejidi li ma kinux qawwija daqstant.
Schembri kkummentat dwar l-attendenza numeruża. Kien hemm kbar u żgħar, kif ukoll familji li rħewlha għal dal-post d’dawk il-ħinijiet.
Armati b’teleskopji professjonali, irnexxielhom jarawn ukoll lill-Qamar, Saturnu u n-nebula Lagoon, li hija mħalla ta’ kwiekeb fil-bogħod li tidher qisha sħaba kbira.
Ritratti: Lynsey Schembri