Ritratti: 50 sena mindu tar l-ewwel Jumbo Jet

50 sena ilu, l-ewwel ajruplan Jumbo Jet kien lest biex jagħmel l-ewwel titjira ta’ prova tiegħu. Kien il-pilota Jack Waddell, li kien veteran tat-Tieni Gwerra Dinija, xegħel l-ewwel magna minn erbgħa.

Bl-introduzzjoni tal-Boeing 747, saret wegħda li l-ivvjaġġar bl-ajru jsir aċċessibbli għal kulħadd u li kellha titbiddel id-dinja kif nafuha. L-ajruplan innifsu kien magħmul minn 6 miljun biċċa. Grazzi għall-kapaċità tiegħu li jġorr madwar 600 passiġġier ‘il fuq minn 8,000 mil bi ftit taħt il-veloċità tal-ħoss, ċekken id-dinja.

Sa mill-ewwel titjira tal-Boeing 747 nofs seklu ilu, il-Jumbo ġarr 3.5 biljun passiġġier kif ukoll biljuni ta’ tunnellati ta’ merkanzija madwar il-pjaneta.  Inkluż mall-vjaġġi li għamel, kien li ġarr l-ikona Spazjali meta qasam bih l-Amerika fuq dahru.