Ritratti: 4 midruba u 200 arrestati f’Pariġi wara demostrazzjonijiet

Erba’ persuni ndarbu, filwaqt li l-Pulizija f’Pariġi arrestat mal-200 demostrant lebsin maskri li kissru faċċati tal-ħwienet u ħarqu għadd ta’ karozzi waqt il-protesta li ssir annwalment nhar l-ewwel ta’ Mejju.
Gruppi anarkisti tax-xellug estrem, magħrufa bħala Black Blocs, iddominaw protesta kwieta li kienet għaddejja minn persuni li kienu kontra xi riformi fis-settur pubbliku li għamel il-President Emmanuel Macron.
Il-Pulizija spjegat kif madwar 1,200 demostrant b’wiċċhom mgħotti attendew għall-protesta organizzata minn unjins tal-ħaddiema lbieraħ.
Fost il-persuni midruba, hemm inkluż uffiċjal tal-Pulizija.
Id-demostranti twaddbilhom gas tad-dmugħ, kif ukoll beda jitwaddbilhom l-ilma bħala attentat biex jinfirxu.
Ritratti: Reuters