Ritratti: 3 żgħażagħ Għawdxin f’Pellegrinaġġ fil-Korea

Tliet żgħażagħ mill-Oratorju Don Bosco ta’ Għawdex ħadu sehem fil-Pellegrinaġġ Internazzjonali taż-Żgħażagħ għall-Paċi. Dan kien organizzat fil-Korea.

Il-pellegrinaġġ kien jinkludi attivitajiet soċjali, kulturali u reliġjużi, kif ukoll spedizzjoni fiż-żona demilitarizzata bejn il-Korea ta’ Isfel u l-Korea ta’ Fuq. Tul il-pellegrinaġġ, iż-żgħażagħ Għawdxin Cheryl Camilleri, Noella Saliba u Mark Laurence Zammit taw preżentazzjoni qasira dwar Malta lill-bqija tal-parteċipanti.

L-Arċisqof Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea, iltaqa’ maż-żgħażagħ Għawdxin kif ukoll indirizza lill-bqija taż-żgħażagħ li kienu qed jipparteċipaw.