Ritratti: 3 Maltin jinqabdu jonsbu fi Sqallija

Midja Talajna qed tirrapporta li tliet Maltin inqabdu jonsbu llegalment fi Sqallija.

Il-Pulizija provinċjali ta’ Ragusa bħala l-prosekuturi fil-każ akkużaw lit-tliet Maltin b’insib illegali permezz ta’ tagħmir illegali bl-iskop li jbiegħu l-għasafar li jaqbdu fis-suq tal-isponsuni. Il-ħidma kontra l-kaċċa saret fid-distrett ta’ Monte Badia mal-fruntiera ta’ Modica u Ragusa waqt l-ispezzjonar li kien isir fiż-żona rurali.

In-nassaba nqabbdu minħabba li l-Pulizija nnutaw oġġetti suspettużi f’għorfa li minnha kien ħiereġ ukoll il-ħoss ta’ diska li permezz tagħha kienu qed jonsbu l-isponsuni.

Fost it-tagħbir li ġie kkonfiskat kien hemm 21 gaġġa tal-ħadid, kaxxi tal-injam u għasafar li kienu diġa nqabdu li nstabu f’razzett viċin iż-żona tal-insib.